항해
GDPR > Premessa 126
다운로드 PDF

Premessa 126

(126) Id-deċiżjoni għandha tiġi maqbula b’mod konġunt mill-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u għandha tiġi diretta lejn l-istabbiliment ewlieni jew uniku tal-kontrollur jew il-proċessur u għandha torbot lill-kontrollur u lill-proċessur.

Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi nnotifikata mill-awtorità superviżorja ewlenija lill-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur fir-rigward tal-attivitajiet ta’ pproċessar fl-Unjoni.