Navegación
RGPD > Artikolu 25. Protezzjoni ta' data mid-disinn u b'mod awtomatiku
Descargar PDF

Artikolu 25 RĠPD (GDPR). Protezzjoni ta' data mid-disinn u b'mod awtomatiku

1. Wara li jikkunsidra l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, l-ispejjeż tal-implimentazzjoni u n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar kif ukoll ir-riskji ta’ probabbiltà u gravità li jvarjaw għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi kkawżati mill-ipproċessar, il-kontrollur għandu, kemm fiż-żmien tad-determinazzjoni tal-mezzi għall-ipproċessar kif ukoll fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, bħall-psewdonimizzazzjoni, li huma maħsuba biex jimplimentaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, bħalma hija l-minimizzazzjoni tad-data, b’mod effettiv u biex jintegraw is-salvagwardji meħtieġa fl-ipproċessar sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jipproteġi d-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

ISO 27701

(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added a requirement additional to ISO/IEC 27002, section 14.2.1.

Here is the relevant paragraphs to article 25(1) GDPR:

6.11.2.1 Secure development policy

Implementation guidance

Policies for system development and design should include guidance for the organization’s processing of PII needs, based on obligations to PII principals and/or any applicable legislation and/or regulation and the types of processing performed by the organization. Clauses 7 and 8 provide control considerations for processing of PII, which can be useful in developing policies for privacy in systems design.


para acceder al texto completo

Textos enlazados

2. Il-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiżgura li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss data personali li mhijiex meħtieġa għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar. Dak l-obbligu japplika għall-ammont ta’ data personali miġbura, il-livell ta’ pproċessar tagħha, il-perijodu tal-ħażna tagħha u l-aċċessibbiltà tagħha. B’mod partikolari, tali mekkaniżmi għandhom jiżguraw li b’mod awtomatiku d-data personali ma ssirx aċċessibbli mingħajr l-intervent tal-individwu għal numru indefinit ta’ persuni fiżiċi.

ISO 27701

(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added additional ISO/IEC 27002 guidance for PII controllers.

Here is the relevant paragraph to article 25(2) GDPR:

7.4.2 Limit processing

Control

The organization should limit the processing of PII to that which is adequate, relevant and necessary for the identified purposes.


para acceder al texto completo

Ley de Directrices y caso Textos enlazados

3. Jista’ jintuża mekkaniżmu ta’ ċertifikazzjoni approvat skont l-Artikolu 42 bħala element li juri l-osservanza tar-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

ISO 27701

(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added a requirement additional to ISO/IEC 27001, section 4.1.

Here is the relevant paragraph to article 25(3) GDPR:

5.2.1 Understanding the organization and its context

The organization shall include among its interested parties (see ISO/IEC 27001:2013, 4.2), those parties having interests or responsibilities associated with the processing of PII, including the PII principals.


para acceder al texto completo

Textos enlazados
Comentario de expertos Considerandos Ley de Directrices y caso Deja un comentario
Comentario de expertos
Considerandos

(78) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali titlob li jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tar-Regolament jiġu sodisfatti. Sabiex ikun jista' juri konformità ma' dan ir-Regolament, il-kontrollur għandu jadotta politiki interni u jimplimenta miżuri, li b'mod partikolari jissodisfaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u l-protezzjoni tad-data b'mod awtomatiku. Tali miżuri jistgħu jikkonsistu fost l-oħrajn fil-minimizzazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali, il-psewdonimizzazzjoni tad-data personali malajr kemm jista' jkun, it-trasparenza fir-rigward tal-funzjonijiet u l-ipproċessar ta' data personali, li jippermetti li s-suġġett tad-data jissorvelja l-ipproċessar tad-data, li jippermetti lill-kontrollur biex joħloq u jtejjeb il-karatteristiċi tas-sigurtà. Meta jiżviluppaw, ifasslu, jagħżlu u jużaw applikazzjonijiet, servizzi u prodotti li huma bbażati fuq l-ipproċessar tad-data personali jew li jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompitu tagħhom, il-produtturi tal-prodotti, tas-servizzi u tal-applikazzjonijiet għandhom ikunu mħeġġa jikkunsidraw id-dritt għall-protezzjoni tad-data meta jiżviluppaw u jfasslu tali prodotti, servizzi u applikazzjonijiet u, filwaqt li jqisu l-ogħla livell, biex ikun żgurat li l-kontrolluri u l-proċessuri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom tal-protezzjoni tad-data.Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u awtomatikament għandhom jitqiesu wkoll fil-kuntest ta' offerti pubbliċi.

Ley de Directrices y caso Deja un comentario
[js-disqus]