Navigation
GDPR > Premessa 42
Download PDF

Premessa 42

(42) Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jkun jista’ juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens tiegħu għall-attività tal-ipproċessar.

B’mod partikolari fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, is-salvagwardji għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa konxju tal-fatt li jkun qiegħed jingħata kunsens u tal-punt sa fejn dan jingħata.

F’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (10) għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta’ kunsens ifformulata minn qabel mill-kontrollur f’forma intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi u mingħajr termini inġusti.

Biex il-kunsens ikun wieħed informat, is-suġġett tad-data għandu jkun konxju mill-inqas tal-identità tal-kontrollur u l-finijiet tal-ipproċessar li għalihom tkun intenzjonata d-data personali.

Il-kunsens ma għandux jitqies li ngħata liberament jekk is-suġġett tad-data ma jkollux għażla ġenwina jew libera jew ma jkunx jista’ jiċħad jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara.

(10) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:1993:095:TOC