Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 94
Download PDF

Premessa 94

Recital 94

(94) Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tindika li l-ipproċessar ikun jirriżulta, fin-nuqqas ta’ salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi biex jittaffa r-riskju, f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi u l-kontrollur ikun tal-opinjoni li r-riskju ma jistax jitnaqqas b’mod raġonevoli f’termini tal-mezzi teknoloġiċi u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni, l-awtorità superviżorja għandha tiġi kkonsultata, qabel ma jingħata bidu għall-ipproċessar tal-attivitajiet.

Tali riskju għoli x’aktarx li jirriżulta minn ċerti tipi ta’ pproċessar u d-dimensjoni u frekwenza ta’ pproċessar, li jista’ jirriżulta wkoll f’dannu jew interferenza mad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna fiżika.

L-awtorità superviżorja għandha twieġeb għat-talba għal konsultazzjoni f’perijodu speċifikat.

Madankollu, in-nuqqas ta’ reazzjoni tal-awtorità superviżorja f’dak il-perijodu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe intervent tal-awtorità superviżorja f’konformità mal-kompiti u s-setgħat tagħha stipulati f’dan ir-Regolament, inkluża s-setgħa li tipprojbixxi l-operazzjonijiet tal-ipproċessar.

Bħala parti minn dak il-proċess ta’ konsultazzjoni, l-eżitu ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mwettqa fir-rigward tal-ipproċessar inkwistjoni jista’ jiġi ppreżentat lill-awtorità superviżorja, b’mod partikolari l-miżuri previsti biex jittaffa r-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.

(94) Where a data protection impact assessment indicates that the processing would, in the absence of safeguards, security measures and mechanisms to mitigate the risk, result in a high risk to the rights and freedoms of natural persons and the controller is of the opinion that the risk cannot be mitigated by reasonable means in terms of available technologies and costs of implementation, the supervisory authority should be consulted prior to the start of processing activities.

Such high risk is likely to result from certain types of processing and the extent and frequency of processing, which may result also in a realisation of damage or interference with the rights and freedoms of the natural person.

The supervisory authority should respond to the request for consultation within a specified period.

However, the absence of a reaction of the supervisory authority within that period should be without prejudice to any intervention of the supervisory authority in accordance with its tasks and powers laid down in this Regulation, including the power to prohibit processing operations.

As part of that consultation process, the outcome of a data protection impact assessment carried out with regard to the processing at issue may be submitted to the supervisory authority, in particular the measures envisaged to mitigate the risk to the rights and freedoms of natural persons.