Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 86
Download PDF

Premessa 86

Recital 86

(86) Il-kontrollur għandu jikkomunika lis-suġġett tad-data ksur ta’ data personali, mingħajr dewmien żejjed, meta dak il-ksur tad-data personali x’aktarx jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna fiżika, sabiex tkun tista’ tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

Il-komunikazzjoni għandha tiddeskrivi n-natura tal-vjolazzjoni tad-data personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-persuna fiżika kkonċernata biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali.

Tali komunikazzjonijiet lis-suġġetti tad-data għandhom jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment fattibbli u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità superviżorja, b’mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra, bħal awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Pereżempju, il-bżonn li jitnaqqas riskju immedjat ta’ dannu jitlob komunikazzjoni immedjata mas-suġġetti tad-data filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri adatti kontra każijiet kontinwi jew simili ta’ vjolazzjoni ta’ data personali tista’ tiġġustifika żmien itwal għal komunikazzjoni

(86) The controller should communicate to the data subject a personal data breach, without undue delay, where that personal data breach is likely to result in a high risk to the rights and freedoms of the natural person in order to allow him or her to take the necessary precautions.

The communication should describe the nature of the personal data breach as well as recommendations for the natural person concerned to mitigate potential adverse effects.

Such communications to data subjects should be made as soon as reasonably feasible and in close cooperation with the supervisory authority, respecting guidance provided by it or by other relevant authorities such as law-enforcement authorities.

For example, the need to mitigate an immediate risk of damage would call for prompt communication with data subjects whereas the need to implement appropriate measures against continuing or similar personal data breaches may justify more time for communication.