Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 69
Download PDF

Premessa 69

Recital 69

(69) Fejn id-data personali tista’ tiġi pproċessata legalment minħabba li huwa meħtieġ ipproċessar għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur, jew għal raġunijiet ta’ interessi leġittimi ta’ kontrollur jew parti terza, suġġett tad-data għandu, madankollu, jkun intitolat joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali relatata mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu.

Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kontrollur li juri li l-interess leġittimu konvinċenti tiegħu jegħleb l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data.

(69) Where personal data might lawfully be processed because processing is necessary for the performance of a task carried out in the public interest or in the exercise of official authority vested in the controller, or on grounds of the legitimate interests of a controller or a third party, a data subject should, nevertheless, be entitled to object to the processing of any personal data relating to his or her particular situation.

It should be for the controller to demonstrate that its compelling legitimate interest overrides the interests or the fundamental rights and freedoms of the data subject.