Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 6
Download PDF

Premessa 6

Recital 6

(6) L-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-globalizzazzjoni ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni tad-data personali.

L-iskala tal-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data personali żdiedet b’mod sinifikanti.

It-teknoloġija tippermetti kemm lil kumpanniji privati kif ukoll lil awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu użu minn data personali fuq skala mingħajr preċedenti sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom.

Il-persuni fiżiċi qegħdin dejjem aktar jagħmlu l-informazzjoni personali disponibbli pubblikament u globalment.

It-teknoloġija bidlet kemm l-ekonomija kif ukoll il-ħajja soċjali, u għandha tkompli tiffaċilita l-fluss liberu tad-data personali fl-Unjoni u t-trasferiment lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tad-data personali.

(6) Rapid technological developments and globalisation have brought new challenges for the protection of personal data.

The scale of the collection and sharing of personal data has increased significantly.

Technology allows both private companies and public authorities to make use of personal data on an unprecedented scale in order to pursue their activities.

Natural persons increasingly make personal information available publicly and globally.

Technology has transformed both the economy and social life, and should further facilitate the free flow of personal data within the Union and the transfer to third countries and international organisations, while ensuring a high level of the protection of personal data.