Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 57
Download PDF

Premessa 57

Recital 57

(57) Jekk id-data personali pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika, il-kontrollur tad-data ma għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-data għall-fini waħdieni li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu, il-kontrollur ma għandux jirrifjuta li jieħu l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mis-suġġett tad-data sabiex jappoġġa l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu jew tagħha.

L-identifikazzjoni għandha tinkludi l-identifikazzjoni diġitali ta’ suġġett tad-data, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni bħall-istess kredenzjali, użati mis-suġġett tad-data biex jilloggja fis-servizz online offrut mill-kontrollur tad-data.

(57) If the personal data processed by a controller do not permit the controller to identify a natural person, the data controller should not be obliged to acquire additional information in order to identify the data subject for the sole purpose of complying with any provision of this Regulation.

However, the controller should not refuse to take additional information provided by the data subject in order to support the exercise of his or her rights.

Identification should include the digital identification of a data subject, for example through authentication mechanism such as the same credentials, used by the data subject to log-in to the on-line service offered by the data controller.