Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 53
Download PDF

Premessa 53

Recital 53

(53) Il-kategoriji speċjali ta’ data personali li jistħoqqilhom aktar protezzjoni għandhom jiġu pproċessati biss għal finijiet relatati mas-saħħa fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu dawk il-finijiet għall-benefiċċju ta’ persuni fiżiċi u s-soċjetà inġenerali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ġestjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa jew soċjali u sistemi, li jinkludu l-ipproċessar mill-awtoritajiet tal-ġestjoni u tas-saħħa nazzjonali ċentrali ta’ tali data għall-fini tal-kontroll tal-kwalità, l-informazzjoni ta’ ġestjoni u s-superviżjoni ġenerali nazzjonali u lokali tas-sistema tal-kura tas-saħħa jew soċjali, u billi tiġi żgurata kontinwità tal-kura tas-saħħa jew soċjali u l-kura tas-saħħa transkonfinali jew tas-sigurtà tas-saħħa, għall-finijiet ta’ monitoraġġ u twissija jew għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għandha tilħaq objettiv ta’ interess pubbliku, kif ukoll għal studji mwettqa fl-interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika.

Għalhekk dan ir-Regolament għandu jipprevedi kondizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali dwar is-saħħa, fir-rigward ta’ ħtiġijiet speċifiċi, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar ta’ tali data jsir għal ċerti finijiet relatati mas-saħħa minn persuni soġġetti għal obbligu legali ta’ segretezza professjonali.

Il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru għandha tipprovdi għal miżuri speċifiċi u adatti sabiex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali u d-data personali tal-persuni fiżiċi.

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu aktar kondizzjonijiet, inklużi limitazzjonijiet, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data ġenetika, data bijometrika jew data dwar is-saħħa.

Madankollu, dan m’għandux ixekkel il-fluss liberu tad-data personali fl-Unjoni meta dawk il-kondizzjonijiet japplikaw għall-ipproċessar transkonfinali ta’ tali data.

(53) Special categories of personal data which merit higher protection should be processed for health-related purposes only where necessary to achieve those purposes for the benefit of natural persons and society as a whole, in particular in the context of the management of health or social care services and systems, including processing by the management and central national health authorities of such data for the purpose of quality control, management information and the general national and local supervision of the health or social care system, and ensuring continuity of health or social care and cross-border healthcare or health security, monitoring and alert purposes, or for archiving purposes in the public interest, scientific or historical research purposes or statistical purposes, based on Union or Member State law which has to meet an objective of public interest, as well as for studies conducted in the public interest in the area of public health.

Therefore, this Regulation should provide for harmonised conditions for the processing of special categories of personal data concerning health, in respect of specific needs, in particular where the processing of such data is carried out for certain health-related purposes by persons subject to a legal obligation of professional secrecy.

Union or Member State law should provide for specific and suitable measures so as to protect the fundamental rights and the personal data of natural persons.

Member States should be allowed to maintain or introduce further conditions, including limitations, with regard to the processing of genetic data, biometric data or data concerning health.

However, this should not hamper the free flow of personal data within the Union when those conditions apply to cross-border processing of such data.