Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 48
Download PDF

Premessa 48

Recital 48

(48) Kontrolluri li jkunu parti minn grupp ta’ impriżi jew istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali jistgħu jkollhom interess leġittimu fit-trażmissjoni ta’ data personali fi ħdan il-grupp ta’ impriżi għal finijiet amministrattivi interni, inkluż l-ipproċessar ta’ data personali ta’ klijenti jew impjegati.

Il-prinċipji ġenerali għat-trasferiment ta’ data personali, fi ħdan grupp ta’ impriżi, lejn impriża li tinsab f’pajjiż terz jibqgħu mhumiex affettwati.

(48) Controllers that are part of a group of undertakings or institutions affiliated to a central body may have a legitimate interest in transmitting personal data within the group of undertakings for internal administrative purposes, including the processing of clients’ or employees’ personal data.

The general principles for the transfer of personal data, within a group of undertakings, to an undertaking located in a third country remain unaffected.