Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 46
Download PDF

Premessa 46

Recital 46

(46) L-ipproċessar tad-data personali għandu wkoll jitqies bħala legali fejn ikun meħtieġ biex jiġi protett interess li huwa essenzjali għall-ħajja tas-suġġett tad-data jew dak ta’ persuna fiżika oħra.

L-ipproċessar ta’ data personali abbażi tal-interess vitali ta’ persuna fiżika oħra fil-prinċipju għandu jsir biss fejn l-ipproċessar ma jistax jibbaża manifestament fuq bażi legali oħra.

Xi tipi ta’ pproċessar jistgħu jservu kemm raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku u interessi vitali tas-suġġett tad-data bħal pereżempju meta l-ipproċessar ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji, inkluż għall-monitoraġġ ta’ epidemiji u t-tixrid tagħhom jew f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzi umanitarji, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ diżastri naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem.

(46) The processing of personal data should also be regarded to be lawful where it is necessary to protect an interest which is essential for the life of the data subject or that of another natural person.

Processing of personal data based on the vital interest of another natural person should in principle take place only where the processing cannot be manifestly based on another legal basis.

Some types of processing may serve both important grounds of public interest and the vital interests of the data subject as for instance when processing is necessary for humanitarian purposes, including for monitoring epidemics and their spread or in situations of humanitarian emergencies, in particular in situations of natural and man-made disasters.