Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 36
Download PDF

Premessa 36

Recital 36

(36) L-istabbiliment ewlieni ta’ kontrollur fl-Unjoni għandu jkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni, għajr jekk id-deċiżjonijiet dwar il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali jittieħdu fi stabbiliment ieħor tal-kontrollur fl-Unjoni, u f’dan il-każ, l-istabbiliment l-ieħor għandu jitqies bħala l-istabbiliment ewlieni.

L-istabbiliment ewlieni ta’ kontrollur fl-Unjoni għandu jkun stabbilit skont kriterji oġġettivi u għandu jimplika l-eżerċizzju effettiv u reali ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet ewlenin dwar il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar permezz ta’ arranġamenti stabbli.

Dak il-kriterju ma għandux jiddependi minn jekk l-ipproċessar ta’ data personali jitwettaqx f’dak il-post.

Il-preżenza u l-użu ta’ mezzi tekniċi u teknoloġiji għall-ipproċessar ta’ data personali jew l-ipproċessar ta’ attivitajiet, minnhom infushom, ma jikkostitwixxux stabbiliment ewlieni u għaldaqstant mhumiex kriterju determinanti għal stabbiliment ewlieni.

L-istabbiliment ewlieni tal-proċessur għandu jkun il-post fejn tinsab l-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni jew, jekk ma għandux amministrazzjoni ċentrali fl-Unjoni, il-post fejn iseħħu l-attivitajiet ta’ pproċessar ewlenin fl-Unjoni.

F’każijiet li jinvolvu kemm il-kontrollur kif ukoll il-proċessur, l-awtorità superviżorja ewlenija kompetenti għandha tibqa’ l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru fejn il-kontrollur ikollu l-istabbiliment ewlieni tiegħu iżda l-awtorità superviżorja tal-proċessur għandha titqies bħala awtorità superviżorja kkonċernata u dik l-awtorità superviżorja għandha tipparteċipa fil-proċedura ta’ kooperazzjoni prevista minn dan ir-Regolament.

Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru jew l-Istati Membri fejn il-proċessur ikollu stabbiliment wieħed jew aktar m’għandhomx jitqiesu bħala awtoritajiet superviżorji kkonċernati fejn l-abbozz ta’ deċiżjoni jikkonċerna biss lill-kontrollur.

Fejn l-ipproċessar jitwettaq minn grupp ta’ impriżi, l-istabbiliment ewlieni tal-impriża li tikkontrolla għandu jitqies bħala l-istabbiliment ewlieni tal-grupp ta’ impriżi, għajr fejn il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar jiġu ddeterminati minn impriża oħra.

(36) The main establishment of a controller in the Union should be the place of its central administration in the Union, unless the decisions on the purposes and means of the processing of personal data are taken in another establishment of the controller in the Union, in which case that other establishment should be considered to be the main establishment.

The main establishment of a controller in the Union should be determined according to objective criteria and should imply the effective and real exercise of management activities determining the main decisions as to the purposes and means of processing through stable arrangements.

That criterion should not depend on whether the processing of personal data is carried out at that location.

The presence and use of technical means and technologies for processing personal data or processing activities do not, in themselves, constitute a main establishment and are therefore not determining criteria for a main establishment.

The main establishment of the processor should be the place of its central administration in the Union or, if it has no central administration in the Union, the place where the main processing activities take place in the Union.

In cases involving both the controller and the processor, the competent lead supervisory authority should remain the supervisory authority of the Member State where the controller has its main establishment, but the supervisory authority of the processor should be considered to be a supervisory authority concerned and that supervisory authority should participate in the cooperation procedure provided for by this Regulation.

In any case, the supervisory authorities of the Member State or Member States where the processor has one or more establishments should not be considered to be supervisory authorities concerned where the draft decision concerns only the controller.

Where the processing is carried out by a group of undertakings, the main establishment of the controlling undertaking should be considered to be the main establishment of the group of undertakings, except where the purposes and means of processing are determined by another undertaking.