Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 35
Download PDF

Premessa 35

Recital 35

(35) Id-data personali dwar is-saħħa għandha tinkludi d-data kollha dwar l-istat tas-saħħa ta’ suġġett tad-data li tiżvela informazzjoni relatata mal-istat tas-saħħa fiżika jew mentali tas-suġġett tad-data fil-passat, fil-preżent jew fil-ġejjieni.

Din tinkludi informazzjoni miġbura dwar il-persuna fiżika matul ir-reġistrazzjoni u għal, jew il-forniment ta’, servizzi tal-kura tas-saħħa kif imsemmi fid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) lil dik il-persuna fiżika; numru, simbolu jew element partikolari assenjat lill-persuna fiżika għall-identifikazzjoni unika tal-persuna fiżika għall-finijiet ta’ saħħa; informazzjoni miġbura mill-ittestjar jew l-eżami ta’ parti mill-ġisem jew sustanza tal-ġisem, inkluża dik minn data ġenetika u kampjuni bijoloġiċi; u kwalunkwe informazzjoni dwar, pereżempju marda, diżabbiltà, riskju ta’ mard, storja medika, kura klinika jew l-istat fiżjoloġiku jew bijomediku tas-suġġett tad-data indipendentement mis-sors tiegħu, bħal pereżempju mingħand tabib jew professjonista tas-saħħa ieħor, sptar, apparat mediku, jew test dijanjostiku in vitro.

(35) Personal data concerning health should include all data pertaining to the health status of a data subject which reveal information relating to the past, current or future physical or mental health status of the data subject.

This includes information about the natural person collected in the course of the registration for, or the provision of, health care services as referred to in Directive 2011/24/EU of the European Parliament and of the Council [9] to that natural person; a number, symbol or particular assigned to a natural person to uniquely identify the natural person for health purposes; information derived from the testing or examination of a body part or bodily substance, including from genetic data and biological samples; and any information on, for example, a disease, disability, disease risk, medical history, clinical treatment or the physiological or biomedical state of the data subject independent of its source, for example from a physician or other health professional, a hospital, a medical device or an in vitro diagnostic test.

(9) Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2011:088:TOC

[9] Directive 2011/24/EU of the European Parliament and of the Council of 9 March 2011 on the application of patients’ rights in cross-border healthcare (OJ L 88, 4.4.2011, p. 45). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2011:088:TOC