Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 162
Download PDF

Premessa 162

Recital 162

(162) Fejn tiġi pproċessata data personali għal finijiet ta’ statistika, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal dak l-ipproċessar.

Il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru għandha, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, tiddetermina l-kontenut tal-istatistika, il-kontroll tal-aċċess, l-ispeċifikazzjonijiet għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika u miżuri xierqa biex jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data u jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-istatistika.

Finijiet ta’ statistika tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali meħtieġa għal stħarriġ statistiku jew għall-produzzjoni ta’ riżultati statistiċi.

Dawk ir-riżultati statistiċi jistgħu jkomplu jintużaw għal finijiet differenti, inkluż għal finijiet ta’ riċerka xjentifika.

Il-finijiet tal-istatistika jimplika li r-riżultat ta’ pproċessar għal finijiet statistiċi mhix data personali, iżda data aggregata, u li dan ir-riżultat jew din id-data personali ma tintużax fl-appoġġ ta’ miżuri jew deċiżjonijiet dwar xi persuna fiżika partikolari.

(162) Where personal data are processed for statistical purposes, this Regulation should apply to that processing.

Union or Member State law should, within the limits of this Regulation, determine statistical content, control of access, specifications for the processing of personal data for statistical purposes and appropriate measures to safeguard the rights and freedoms of the data subject and for ensuring statistical confidentiality.

Statistical purposes mean any operation of collection and the processing of personal data necessary for statistical surveys or for the production of statistical results.

Those statistical results may further be used for different purposes, including a scientific research purpose.

The statistical purpose implies that the result of processing for statistical purposes is not personal data, but aggregate data, and that this result or the personal data are not used in support of measures or decisions regarding any particular natural person.