Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 158
Download PDF

Premessa 158

Recital 158

(158) Fejn id-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ arkivjar, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal dak l-ipproċessar, b’kont meħud li dan ir-Regolament ma għandux japplika għal data ta’ persuni deċeduti.

L-awtoritajiet pubbliċi jew il-korpi pubbliċi jew privati li jżommu reġistri ta’ interess pubbliku għandhom ikunu servizzi li, skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, ikollhom obbligu legali biex jiksbu, iżommu, jivvalutaw, jagħmlu arranġamenti, jiddeskrivu, jikkomunikaw, jippromwovu, ixerrdu u jipprovdu aċċess għar-reġistri ta’ valur fit-tul għall-interess pubbliku inġenerali.

L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu awtorizzati jipprevedu li data personali tista’ tkun ipproċessata ulterjorment għal finijiet ta’ arkivjar, pereżempju bil-ħsieb li jipprovdu informazzjoni speċifika relatata mal-imġiba politika taħt reġimi fi stati totalitarji preċedenti, ma’ ġenoċidju, ma’ delitti kontra l-umanità, b’mod partikolari l-Olokawst, jew ma’ delitti tal-gwerra.

(158) Where personal data are processed for archiving purposes, this Regulation should also apply to that processing, bearing in mind that this Regulation should not apply to deceased persons.

Public authorities or public or private bodies that hold records of public interest should be services which, pursuant to Union or Member State law, have a legal obligation to acquire, preserve, appraise, arrange, describe, communicate, promote, disseminate and provide access to records of enduring value for general public interest.

Member States should also be authorised to provide for the further processing of personal data for archiving purposes, for example with a view to providing specific information related to the political behaviour under former totalitarian state regimes, genocide, crimes against humanity, in particular the Holocaust, or war crimes.