Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 144
Download PDF

Premessa 144

Recital 144

(144) Fejn qorti li quddiemha jibdew proċedimenti kontra deċiżjoni minn awtorità superviżorja jkollha raġuni biex temmen li tressqu proċedimenti li jikkonċernaw l-istess proċessar, bħall-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar mill-istess kontrollur jew proċessur, jew bl-istess kawża, quddiem qorti kompetenti fi Stat Membru ieħor, hija għandha tikkuntattja lil dik il-qorti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ tali proċedimenti relatati.

Jekk ikun hemm proċedimenti relatati pendenti quddiem qorti fi Stat Membru ieħor, kwalunkwe qorti minbarra l-ewwel qorti li tiġi invokata tista’ tissospendi l-proċedimenti li jkollha quddiemha jew tista’, fuq talba minn waħda mill-partijiet, tiċħad il-ġurisdizzjoni favur l-ewwel qorti li tiġi invokata jekk dik il-qorti jkollha ġurisdizzjoni fuq il-proċedimenti inkwistjoni u l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni ta’ tali proċedimenti relatati.

Il-proċedimenti jitqiesu li jkunu relatati fejn ikunu marbutin daqstant mill-qrib li jkun ta’ vantaġġ li jinstemgħu u jiġu ddeterminati flimkien sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.

(144) Where a court seized of proceedings against a decision by a supervisory authority has reason to believe that proceedings concerning the same processing, such as the same subject matter as regards processing by the same controller or processor, or the same cause of action, are brought before a competent court in another Member State, it should contact that court in order to confirm the existence of such related proceedings.

If related proceedings are pending before a court in another Member State, any court other than the court first seized may stay its proceedings or may, on request of one of the parties, decline jurisdiction in favour of the court first seized if that court has jurisdiction over the proceedings in question and its law permits the consolidation of such related proceedings.

Proceedings are deemed to be related where they are so closely connected that it is expedient to hear and determine them together in order to avoid the risk of irreconcilable judgments resulting from separate proceedings.