Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 137
Download PDF

Premessa 137

Recital 137

(137) Jista’ jkun hemm ħtieġa urġenti ta’ azzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta’ dritt ta’ suġġett tad-data jista’ jiġi mfixkel b’mod konsiderevoli.

Għaldaqstant, awtorità superviżorja għandha tkun tista’ tadotta miżuri proviżorji debitament ġustifikati fit-territorju tagħha b’perijodu speċifiku ta’ validità li m’għandux jaqbeż tliet xhur.

(137) There may be an urgent need to act in order to protect the rights and freedoms of data subjects, in particular when the danger exists that the enforcement of a right of a data subject could be considerably impeded.

A supervisory authority should therefore be able to adopt duly justified provisional measures on its territory with a specified period of validity which should not exceed three months.