Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 128
Download PDF

Premessa 128

Recital 128

(128) Ir-regoli dwar l-awtorità superviżorja ewlenija u l-mekkaniżmu ta’ punt uniku ta’ servizz ma għandhomx japplikaw fejn l-ipproċessar isir minn awtoritajiet pubbliċi jew korpi privati fl-interess pubbliku.

F’dawn il-każijiet, l-unika awtorità superviżorja li jkollha l-kompetenza biex teżerċita s-setgħat li tingħata f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità pubblika jew il-korp privat.

(128) The rules on the lead supervisory authority and the one-stop-shop mechanism should not apply where the processing is carried out by public authorities or private bodies in the public interest.

In such cases the only supervisory authority competent to exercise the powers conferred to it in accordance with this Regulation should be the supervisory authority of the Member State where the public authority or private body is established.