Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 121
Download PDF

Premessa 121

Recital 121

(121) Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-membru jew il-membri tal-awtorità superviżorja għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u għandhom b’mod partikolari jipprovdu sabiex dawk il-membri jinħatru, permezz ta’ proċedura trasparenti, jew mill-parlament, jew mill-gvern jew mill-Kap tal-Istat tal-Istat Membru abbażi ta’ proposta mill-gvern, jew minn membru tal-gvern, jew mill-parlament jew minn kamra tal-parlament, jew minn korp indipendenti inkarigat taħt il-liġi ta’ Stat Membru.

Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-awtorità superviżorja, il-membru jew il-membri għandhom jaġixxu b’integrità, jibqgħu lura minn kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli ma’ dmirijiethom u matul il-mandat tagħhom, ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda xogħol li ma jkunx kompatibbli, sew jekk bi qligħ sew jekk le.

L-awtorità superviżorja għandu jkollha l-persunal tagħha stess, magħżul mill-awtorità superviżorja jew korp indipendenti stabbilit bil-liġi ta’ Stat Membru, li għandu jkun suġġett għat-tmexxija esklużiva tal-membru jew tal-membri tal-awtorità superviżorja.

(121) The general conditions for the member or members of the supervisory authority should be laid down by law in each Member State and should in particular provide that those members are to be appointed, by means of a transparent procedure, either by the parliament, government or the head of State of the Member State on the basis of a proposal from the government, a member of the government, the parliament or a chamber of the parliament, or by an independent body entrusted under Member State law.

In order to ensure the independence of the supervisory authority, the member or members should act with integrity, refrain from any action that is incompatible with their duties and should not, during their term of office, engage in any incompatible occupation, whether gainful or not.

The supervisory authority should have its own staff, chosen by the supervisory authority or an independent body established by Member State law, which should be subject to the exclusive direction of the member or members of the supervisory authority.