Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 112
Download PDF

Premessa 112

Recital 112

(112) Dawk id-derogi għandhom japplikaw b’mod partikolari għal trasferimenti ta’ data meħtieġa u neċessarji għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, pereżempju f’każijiet ta’ skambju bejn awtoritajiet tal-kompetittività, amministrazzjonijiet tat-taxxa jew tad-dwana, bejn awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi kompetenti għal kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, jew għas-saħħa pubblika, pereżempju fil-każ ta’ traċċar ta’ kuntatti għal mard li jittieħed jew sabiex jitnaqqas u/jew jiġi eliminat id-doping fl-isport.

Trasferiment ta’ data personali għandu wkoll jitqies bħala legali fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni ta’ interess li hu essenzjali għall-interessi vitali, inkluża l-integrità fiżika jew il-ħajja tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra, jekk is-suġġett tad-data ma jkunx jista’ jagħti l-kunsens.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru tista’, għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, apposta tistabbilixxi limiti għat-trasferiment ta’ kategoriji speċifiċi ta’ data lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jagħtu notifika dwar tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Kwalunkwe trasferiment lil organizzazzjoni umanitarja internazzjonali ta’ data personali ta’ suġġett tad-data li mhuwiex fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti kunsens, bil-ħsieb li jitwettaq kompitu dovut taħt il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra jew li jkun hemm konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli f’kunflitti armati, jista’ jitqies bħala neċessarju għal raġuni importanti ta’ interess pubbliku jew għaliex ikun fl-interess vitali tas-suġġett tad-data.

(112) Those derogations should in particular apply to data transfers required and necessary for important reasons of public interest, for example in cases of international data exchange between competition authorities, tax or customs administrations, between financial supervisory authorities, between services competent for social security matters, or for public health, for example in the case of contact tracing for contagious diseases or in order to reduce and/or eliminate doping in sport.

A transfer of personal data should also be regarded as lawful where it is necessary to protect an interest which is essential for the data subject’s or another person’s vital interests, including physical integrity or life, if the data subject is incapable of giving consent.

In the absence of an adequacy decision, Union or Member State law may, for important reasons of public interest, expressly set limits to the transfer of specific categories of data to a third country or an international organisation.

Member States should notify such provisions to the Commission.

Any transfer to an international humanitarian organisation of personal data of a data subject who is physically or legally incapable of giving consent, with a view to accomplishing a task incumbent under the Geneva Conventions or to complying with international humanitarian law applicable in armed conflicts, could be considered to be necessary for an important reason of public interest or because it is in the vital interest of the data subject.