Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 104
Download PDF

Premessa 104

Recital 104

(104) F’konformità mal-valuri fundamentali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha tal-pajjiż terz jew ta’ territorju jew settur speċifikat f’pajjiż terz, għandha tikkunsidra kif pajjiż terz partikolari jirrispetta l-istat tad-dritt, l-aċċess għall-ġustizzja kif ukoll ir-regoli u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi ġenerali u settorjali tagħha, inkluż leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà pubblika, id-difiża u s-sigurtà nazzjonali kif ukoll l-ordni pubbliku u l-liġi kriminali.

L-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza fir-rigward ta’ territorju jew settur speċifikat f’pajjiż terz għandha tieħu kont ta’ kriterji ċari u oġġettivi, bħall-attivitajiet ta’ pproċessar speċifiċi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandards legali applikabbli u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż terz.

Il-pajjiż terz għandu joffri garanziji li jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak żgurat fl-Unjoni, b’mod partikolari fejn id-data personali tkun ipproċessata f’settur speċifiku wieħed jew aktar.

B’mod partikolari, il-pajjiż terz għandu jiżgura superviżjoni effettiva u indipendenti tal-protezzjoni tad-data u għandu jipprevedi mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-protezzjoni tad-data, u s-suġġetti tad-data għandhom jingħataw drittijiet effettivi u infurzabbli u rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv.

(104) In line with the fundamental values on which the Union is founded, in particular the protection of human rights, the Commission should, in its assessment of the third country, or of a territory or specified sector within a third country, take into account how a particular third country respects the rule of law, access to justice as well as international human rights norms and standards and its general and sectoral law, including legislation concerning public security, defence and national security as well as public order and criminal law.

The adoption of an adequacy decision with regard to a territory or a specified sector in a third country should take into account clear and objective criteria, such as specific processing activities and the scope of applicable legal standards and legislation in force in the third country.

The third country should offer guarantees ensuring an adequate level of protection essentially equivalent to that ensured within the Union, in particular where personal data are processed in one or several specific sectors.

In particular, the third country should ensure effective independent data protection supervision and should provide for cooperation mechanisms with the Member States’ data protection authorities, and the data subjects should be provided with effective and enforceable rights and effective administrative and judicial redress.