Navigation
RGPD > Premessa 136
Télécharger le PDF

Premessa 136

(136) Fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza, il-Bord għandu joħroġ opinjoni, f’perijodu ta’ żmien stabbilit, jekk dan jiġi deċiż mill-maġġoranza tal-membri tiegħu jew jekk jintalab jagħmel dan minn kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata jew mill-Kummissjoni.

Il-Bord għandu jkollu wkoll is-setgħa li jadotta deċiżjonijiet legalment vinkolanti fejn ikun hemm tilwim bejn l-awtoritajiet superviżorji.

Għal dak il-għan, huwa għandu joħroġ, fil-prinċipju b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, deċiżjonijiet legalment vinkolanti f’każijiet speċifikati b’mod ċar fejn ikun hemm fehmiet konfliġġenti fost l-awtoritajiet superviżorji, b’mod partikolari fil-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati dwar il-merti tal-każ, b’mod partikolari jekk kienx hemm ksur ta’ dan ir-Regolament.